Miexi ġmielu l-proġett ta’ riġinerazzjoni fiċ-ċentru tal-grupp tal-Iscouts Dinglin – One News

Notifiki

Miexi ġmielu l-proġett ta’ riġinerazzjoni fiċ-ċentru tal-grupp tal-Iscouts Dinglin

Fil-kumpless tal-iscouts Dinglin ser ikunu qed jitħawwlu mitejn siġra bħala parti minn proġett ta’ estensjoni u  riġenerazzjoni.

Dan tħabbar waqt żjara mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg hekk kif jinsab miexi ġmielu l-andament tax-xogħol.

Julian Abela li jmexxi l-iscouts ta’ Ħad-Dingli tkellem dwar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru li jinkludu spazji rikreattivi. Huwa spjega: “Kellna parti mill-binja li ġiet estiża. Fejn qabel kellna storage ġo container issa għandna basement sħiħ u fuq il-basement inbniet sala fejn issa ħa jkollna sala ikbar għat-tfal biex jiltaqgħu.”

Abela spjega wkoll kif dan il-proġett mistenni jitlesta sal-ewwel ġimgħa ta’ Marzu.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ian Borg saħaq li dan il-proġett huwa parti minn kullana ta’ proġetti mid-Dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.

Huwa sostna: “Is-sena li għaddiet sittin proġett kważi €2 miljun jiġifieri tindikalek li huma proġett relattivament żgħar imma fil-komunitajiet, fl-irħula u fl-ibliet u jagħmlu d-differenza għall-għaqdiet, għall-entitajiet li jkunu qegħdin jużawhom jew pjazez u spazji miftuħa.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend