L-Eżekuttiv tal-PN ivvota kontra Clyde Puli – One News

Notifiki

L-Eżekuttiv tal-PN ivvota kontra Clyde Puli


L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli tilef vot fil-laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonalista tat-Tlieta li għadda.

Sorsi fil-laqgħa tal-Eżekuttiv qalu lil ONE News li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ppropona li Clyde Puli jibqa’ segretarju ġenerali sakemm titlesta r-riforma li qiegħed iwettaq Louis Galea. Iżda l-membri tal-Eżekuttiv ivvotaw kontra din il-proposta.

L-istess sorsi qalu li 56 membru tal-Eżekuttiv ivvotaw kontra,11 astjenew, filwaqt 6 membri biss ivvotaw favur Puli.

Malli tħabbar dan il-vot b’saħħtu kontra Puli, qam id-deputat Karol Aquilina u f’isem il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, ippropona lil Francis Zammit Dimech biex ikun hu li jinħatar Segretarju Ġenerali interim.

L-istess sorsi qalu li din il-mossa ġiet miftehma waqt il-laqgħa konfoffa li saret is-Sibt waranofsinhar fid-dar ta’ Louis Galea li għaliha kienu preżenti Karol Aquilina, Alex Perici Calacione u Mark Anthony Sammut.

Il-fazzjoni Busuttil qed targumenta li dan kien vot b’saħħtu kontra Adrian Delia għax l-Eżekuttiv ma riedx lil Clyde Puli, li kien ħobża u sikkina wara Adrian Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend