Il-‘Fulu’ jieqaf mill-istrajk tal-ġuħ – One News

Il-‘Fulu’ jieqaf mill-istrajk tal-ġuħ

Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-‘Fulu’ waqaf mill-istrajk tal-ġuħ li għal dawn l-aħħar jiem kien qed jagħmel.

Sorsi qrib one.com.mt qalulna li l-‘Fulu’ reġa’ beda jiekol wara li għamel strajk tal-ġuħ għax ried ibiddel id-diviżjoni li qiegħed fiha bħalissa.

Is-Sajf li għadda, Degiorgio kellu argument ma’ David Norbert Schembri fil-ħabs.

Is-sorsi tagħna qalulna li Schembri, li weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs kien prova jismot b’thermos lil ħu l-‘Fulu’, George Degiorgio magħruf bħala ċ-‘Ċiniż’.

Alfred flimkien ma’ ħuh George u Vince Muscat magħruf bħala l-‘Koħħu’ ilhom jinżammu arrestati minn Diċembru ta’ tliet snin ilu b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend