Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone akkuża lid-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi li qiegħed jaqsam il-grupp parlamentari Nazzjonalista.
One News staqsa lil Schiavone dwar ritratt li ppubblika Jason Azzopardi fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook bi sbatax-il membru fil-grupp parlamentari li sejħilhom is-sbatax-il eroj blu. Schiavone qal li b’dan ir-ritratt u bl-użu tal-kelma eroj, Jason Azzopardi qiegħed jipprova jifred il-partit bejn id-deputati ta’ Busuttil li sejħilhom eroj, u d-deputati l-oħra li ma jaqblux li Delia għandu jitneħħa minn Kap tal-Partit.
Schiavone huwa esponent ewlieni mill-fazzjoni ta’ Delia li appoġġjah mill-mument li ħareġ jikkontesta għall-kiraga ta’ Kap. Min-naħa l-oħra, Jason Azzopardi u l-esponenti l-oħra mill-fazzjoni Busuttil għaddejjin bi ġlieda fil-miftuħ u wara l-bibien magħluqa biex jergħu jieħdu l-poter taħt idejhom.
Dan għaliex ma jemmnux li Delia hu kredibbli biex imexxi l-Partit Nazzjonalista minħabba l-allegazzjonijiet li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.