L-uffiċju meterjoloġiku tar-Renju Unit ħareġ numru ta’ twissijiet validi għal ħamest t’ijiem li ġejjin hekk kif l-maltempata Dennis mistennija taħkem il-pajjiż. Il-Maltempata Dennis hija r-raba’ maltempata għal din is-sena fejn ser iġib magħha rjieħat qawwija u xita qalila. L-esperti tat-temp qed ibassru li l-agħar ġurnata ser tkun dik tas-Sibt li ġej fejn mistennija jkunu affetwati partijiet kbar mill-Ingliterra, Wales u n-naħa t’isfel ta’ l-Iskozja.
Dan wara li r-Renju Unit għadu kif ħakmitu Maltempata Ciara fil-jiem li għaddew. Liema maltempata kellha rjieħat li laħqu is-97 mil fis-siegħa. Uffiċjali tennew li t-temp mhux mistenni jistabilizza fil-futur qarib u appellaw għal aktar attenzjoni hekk kif mistenni jkun hemm dewmin fl-ivjaġġar, ħsarat fil-bini, qtugħ fil-provvista tal-elettriku u baħar imqalleb.