Għawdxi fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum – One News

Notifiki

Għawdxi fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 59 sena residenti mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ waranofsinhar waqa’ minn fuq sellum u ħabat rasu ma’ ħajt ġewwa sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ fi Triq San Blas fin-Nadur għall-ħabta ta’ 12:50. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, wara li r-raġel ddaħħal l-isptar permezz ta’ vettura privata,  wara li kieb waqa’ min xi għoli f’sit fin-Nadur.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech LL.D li ħatret inkjesta, mgħejjuna minn esperti maħtura minnha. L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident, li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *