Notifiki

“Miracle baby li ġġieldet u llum il-ġurnata qed ingawduha”


Din hija Elisa. Għandha 4 snin.

Tifla kuraġġuża, nebbiexa, tħobb ħafna l-għawm u maħbuba ferm ma’ sħabha.

Ommha Joanne, qaltilna kif l-hena tagħha li tmur tgħum għaliex tgħid li tħossha libera u ma għandhiex restrizzjonijiet. Hija spjegat: “Għalkemm għandha diżabilità l-barrieri, il-barriers nippruvaw negħlbuhom. Jiena t-tifla tiegħi dejjem hekk darrejtha li għalkemm id-dinja, forsi l-ħajja forsi tagħtek xi naqra xi ostakli issa hekk nistgħu negħlbuhom.”

Joanne tirrakonta li meta twieldet Elisa tathom sorpriża xokkanti minħabba li twieldet 13-il ġimgħa qabel u kienet tiżen biss 940 gramma. Elisa affaċċjat diversi sfidi minn ta’ età tenera hekk kif skoprew li kellha Cerebral Palsy.

Omm Elisa fissret: Konna nafu li jista’ jkun ma tgħix. Imma din hija warrior. Warrior tagħna din. Miracle baby li ġġieldet u llum il-ġurnata ngawduha.”

Bħal kwalunkwe omm Joanna kellha l-biżgħat tagħha hekk kif Elisa toħroġ fid-dinja ta’ barra: “Aħna l-bullying it-tfal ma jitwieldux bih imma xi kultant jiġi mgħallem u messaġġ tajjeb li nagħtu li tfal għalkemm huma differenti aħna nħobbuhom u nirrispettawhom xorta.”

Minħabba n-natura tal-marda, din qed tikkawżalha għebusija fil-muskoli b’mod speċjali f’saqajha. Għaldaqstant dan jirrikjedi li Elisa timxi bl-għajnuna ta’ walker u tattendi t-terapija b’mod regolari.

Joanne qalet: “Waqgħet id-dinja fuqi r-reazzjoni tiegħi kienet li bkejt fuq li bkejt imma għamilt qisu xi tlett ijiem anke ma stajtx nirraġuna sew qisni ma stajtx niblagħha.”

Bħalissa tinsab fuq waiting list għal operazzjoni kruċjali ġewwa sptar tat-tfal fl-Amerika. Liema operazzjoni tiswa aktar minn €30,000. Din l-operazzjoni ser tgħin lil Elisa jkollha ħajja aktar indipendenti.

Omm Elisa fissret: “Hi bħalissa fejn inħalliha nsibha jiena mhix indipendenti rrid ngħinha jiena. Waħda mill-biżgħat dejjem kienet tiegħi, isma la niġi nieqsa jiena x’ser jiġri minnha t-tifla? Min ħa jieħu ħsiebha? Ma tkunx priġuniera ta’ ġisimha għax bħalissa ġisimha qed iżommha lura li tista’ tagħmel l-affarijiet li bil-limitazzjoni tagħha tista’ tagħmel imma ġisimha qed iżommha lura.”

Joanne tenniet li qed tħoss fuq spallitha l-piż finanzjarju u qed tiddependi fuq l-appoġġ tan-nies fejn sabet ħafna sapport. Hija appellat li min jixtieq jagħti kontribuzzjoni sabiex jtaffi dan il-piż jista’ jagħmel dan fuq il-kont bankarju.

 

DONAZZJONI SABIEX TGĦIN LIL ELISA:

REVOLUT  35679592825

IBAN MT80VALL22013000000050002422746

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend