Jiżdiedu l-inċidenti tat-traffiku li fihom indarbu persuni – One News

Notifiki

Jiżdiedu l-inċidenti tat-traffiku li fihom indarbu persuni

Fir-raba’ kwart tas-sena li għaddiet kien hemm sitt inċidenti fatali fit-toroq Maltin.

Fl-aħħar tliet xhur tal-2019 l-inċidenti fit-toroq żdiedu bi ftit aktar minn 9% meta n-numru jitqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2018.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wrew ukoll li kien hemm żieda ta’ 3% fl-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li fihom indarbu persuni.

L-aktar reġjun li saru fih inċidenti kien fit-Tramuntana ta’ Malta, f’lokalitajiet bħal Birkirkara u Ħal Qormi.

Il-karozzi, segwiti mill-muturi kienu l-iktar involuti f’inċidenti tat-traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend