Delia jgħid li d-Deputati ma jistgħux iwarrbuh – One News

Notifiki

Delia jgħid li d-Deputati ma jistgħux iwarrbuh


“Id-deputati ma jistgħux iwarrbu Kap.”

Iddikjara dan il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fi tmiem laqgħa oħra mqanqla tal-Eżekuttiv Nazzjonalista. Laqgħa li bdiet fis-6:30 ta’ filgħaxija u ntemmet fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu.

Wara laqgħa ta’ aktar minn 6 sigħat, Adrian Delia ħareġ mill-bieb tad-Dar Ċentrali u mill-ewwel kellu messaġġ ċar lejn il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil li trid taħtaf mill-ġdid il-poter fil-Partit Nazzjonalista. Qalilhom li huma ma jistgħux ineħħuh minn Kap.

Meta kien mistoqsi:” X’passi se tieħu fil-konfront tad-deputati li qegħdin jaħdmu biex iwarrbuk minn Kap tal-partit? U int kont għedt li se tinjorah lil Jason Azzopardi u mort lura minn kellmtek. Se terġa’ tagħmel l-istess?” Huwa wieġeb: “Id-deputati ma jistgħux iwarrbu Kap.”

Delia żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista m’għandux bżonn eroj. Dan b’referenza għal ritratt li ppubblika d-Deputat Jason Azzopardi li juri 17-il persuna fil-grupp parlamentari li qal li kienu kontra Delia u sejħilhom is-17-il eroj blue.

Fi kliem Adrian Delia, il-Partit m’għandux bżonnhom: “Bħalissa m’għandiex bżonn eroj.”

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv kienet imqanqla u matulha ġiet diskussa l-gwerra fil-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil u l-fazzjon Delia. Dan anki jekk Delia prova jagħti l-impressjoni li ma ġiex diskuss il-futur tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.

F’5 sigħat it-tmexxija tiegħi ma ssemmietx darba.

Intant fi tmiem il-laqgħa tħabbar li Francis Zammit Dimech inħatar b’mod temporanju Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżenja ta’ Clyde Puli.

L-eks Ministru Nazzjonalista se jibqa’ Segretarju Ġenerali sakemm issir ir-riforma ta’ Louis Galea. Huwa kien ilu jipponta li jidħol f’dan is-siġġu u saħansitra l-eks kap tal-midjaNazzjonalista Pierre Portelli kien ħareġ kontrih. Għal Zammit Dimech kien hemm 54 vot favur, 6 voti kontra u 11-il astensjoni.

Waqt il-laqgħa tal-ezekuttiv, l-atmosfera fl-istamperija f’Tal-Pietà u barra kienet tqila u mimlija tensjoni. Bin-nies ta’ Delia marru d-Dar Ċentrali sabiex jagħtuh l-appoġġ f’dan il-mument ta’ kriżi.

Qabel il-laqgħa, Jason Azzoppardi, li huwa l-moħħ wara s-17 blue heros ġie mgħajjar minn esponent ta’ Delia tant li kellu jinżamm mill-uffiċjali tas-sigurtá li huma qrib sew ta’ Deli

Waqt l-istess argument, il-ġurnalisti  miġbura quddiem id-Dar Ċentrali semgħu wkoll lil Azzopardi allegatament jinstiga li dan l-esponent waqt li kien qed jistenna l-lift.

Matul il-laqgħa Azzopardi mar fuq Facebook sabiex jiftaħ attakk fuq in-nies ta’ Delia u akkużżahom b’mibegħda.

“Nagħder lil Ninu minn Ħaż-Żebbuġ li hu mogħmi mill-mibegħda u l-gideb li sqewh dawk midħla ta’ wħud fit-tmexxija li b’mod organizzat, maħsub, spjetat mingħalihom ha jassassinaw il-karattru tiegħi u ta’ xi Membri Parlamentari biex jgħattu xturhom.

Għandhom ħtija ikbar dawk li qed inisslu apposta l-odju bejn in-Nazzjonalisti stess.

Ħadd u xejn, mill-Missier Etern ‘l isfel, mhu ħa jwaqqafni milli nagħmel dmiri fi ħdan il-Partit Nazzojnalista,” kiteb Azzopardi f’attakk dirett lejn Adrian Delia u niesu.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend