Anzjana l-isptar wara li ntlaqgħet minn karozza fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Anzjana l-isptar wara li ntlaqgħet minn karozza fil-Ħamrun

Anzjana ta’ 80 sena mill-Ħamrun ittieħdet l-isptar wara li waqgħet minn fuq bankina u riżultat ta’ dan ntlaqgħet minn karozza tal-għamla Honda Fit li kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq Duka ta’ Edinburgh.

L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Il-karozza ma ġarrbet l-ebda ħsarat.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend