AĠĠORNAT: Għandna fiduċja sħiħa fl-Ispettur Keith Arnaud – Ir-raġel ta’ Daphne Caurana Galizia – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Għandna fiduċja sħiħa fl-Ispettur Keith Arnaud – Ir-raġel ta’ Daphne Caurana Galizia


Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ddikjarat li għandha fiduċja sħiħa fl-Ispettur Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, f’Ottubru tal-2017.

Iddikjara dan ir-raġel ta’ Caruana Galizia, Peter Caruana Galizia meta xehed f’kawża kostituzzjonali li fetaħ is-suspett mandant fil-qtil Yorgen Fenech, kontra l-Ispettur Arnaud.

F’Novembru li għadda Fenech talab li l-Ispettur Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni, għax allega li dan hu qrib tal-eks Chief of Staff Keith Schembri.

Iżda fix-xhieda tiegħu, Peter Caruana Galizia qal li hu u l-familja għandhom fiduċja sħiħa fl-ispettur Arnaud.

Xehed li dakinhar tal-qtil kien l-ispettur Kurt Zahra li qallu li martu kienet mietet. Qal li wara tkellmu magħhom l-Ispettur Zahra, Arnaud u l-Maġistrat fid-dar tagħhom fil-Bidnija.

Caruana Galizia xehed li f’dawn is-sentejn u erba’ xhur, kellhom diversi laqgħat mal-ispettur Arnaud. Qal li l sa Ottubru li għadda kellhom diversi laqgħat mal-Ispettur qabel ġie arrestat il-middleman Melvin Theuma u n-negozjant Yorgen Fenech.

Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff xehed ukoll l-Ispettur Nicholas Vella mill-Iskwadra Kontra l-Ħasil ta’ Flus.

Xehed li Theuma kellu mpjieg ma’ kumpanija relatata mal-istat u dwaru għaddejjin investigazzjonijiet tal-pulizija u inkjesta Maġisterjali.

L-Ispettur Vella qal li għaddejja investigazzjoni wkoll dwar l-allegat l-leaks mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-qtil.

Xehed li fl-2019 l-Assistant Kummissarju Ian Abdila ħatar żewġ Spetturi tal-pulizija sabiex jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet.

Fis-seduta tat-Tlieta, l-Avukati ta’ Yorgen Fenech għażlu li ma jagħmlux aktar mistoqsijiet, fil-kontro-eżami lill-ispettur Arnaud.

L-ispettur Arnaud ilu mill-2017 jinvestiga dan il-qtil bl-għajnuna tal-FBI u l-Europol u wasslu għall-arrest tat-tliet eżekutturi, il-middleman u s-suspettat mandant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend