Notifiki

Pulizija u suldati armati bi protesti fil-Parlament ta’ El Salvador

Pulizija u suldati armati sa snienhom daħlu bil-forza fil-parlament ta’ El Salvador.

Dan għamluh hekk kif beda jitkellem il-President Nayib Bukele bit-talba li l-parlament jappoġja pjan ta’ self ta’ 109 miljun dollaru sabiex dawn il-forzi jkunu atrezzati aħjar fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

Qabel il-president kien ta sebat’ ijiem ċans biex il-Parlament jappoġġja dan is-self.

Il-membri tal-oppożizzjoni saħqu li l-preżenza ta’ uffiċjali armati fil-parlament kien att ta’ intimidazzjoni bla preċedent.

El Salvador għandha waħda mill-ogħla rati ta’ omiċidji madwar id-dinja bil-maġġoranza tal-vjolenza ssir minn ‘gangs’ kriminali fl-Amerka Ċentrali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend