L-istigma żżomm il-vittmi tal-vjolenza domestika milli jiftħu qalbhom – Tabib tal-emerġenza – One News

Notifiki

L-istigma żżomm il-vittmi tal-vjolenza domestika milli jiftħu qalbhom – Tabib tal-emerġenza

Minkejja ż-żieda fil-kuxjenza fl-aħħar snin, l-istigma li jħossu vittmi ta’ abbuż u vjolenza domestika baqgħet ir-raġuni primarja għalfejn dawn jirrifjutaw li jirraportaw it-trawma li jkunu għaddejjin minnhom.

Saħaq dan it-tabib Andre Mercieca, kelliem għall-għaqda tat-tobba tal-emerġenza, li spjega li ta’ kuljum t-tobba tal-emerġenza jieħdu ħsieb vittmi ta’ abbuż domestiku.

Naraw ħafna iktar każijiet fejn ikunu vittmi ta’ abbuż u sfortunatament jibżgħu li jirraportaw dawn il-każijiet minħabba jew il-biża jew l-istigma li forsi jħossu.” Stqarr Dr Mercieca.

Sostna li l-vjolenza domestika ma tħares lejn wiċċ ħadd u ħafna drabi l-għajnuna hija biss possibbli jekk wieħed jiftaħ qalbu.

Dr Mercieca kompla jgħid, “L-abbuż domestiku jista jiġri lil kulħadd f’kull klassi tas-soċjeta, kull klassi, kull sess u kull orjentazzjoni u allura m’għandniex għalfejn nibżgħu milli nirraportaw.”

Minkejja li l-vittma tkun imħeġġa biex tfittex il-kenn ta’ awtorita kompetenti u l-għajnuna speċjalizzata, iżda fl-aħħar mill-aħħar il-pass irid jittieħed minnha.

Sitwazzjonijiet oħrajn meta jkun hemm problemi mentali u nidħlu iktar fl-istorja l-affarijiet joħorġu u nkunu nistgħu ngħinu ftit aktar.” Temm jgħid.

Fl-2019 kienu rrapportati mal-elf u tliet mitt każ ta’ vjolenza domestika, madanakollu Dr Mercieca saħaq li hemm ferm iktar każijiet li jibqgħu għaddejjin bil-vittmi jsofru fl-iskiet.

L-għaqda issa ħeġġet lill-awtoritajiet kompetenti, partijiet interessati u lill-politiċi jindirizzaw din is-sitwazzjoni u jiżguraw qafas legali adegwat li jservi ta’ sostenn għall-vittmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend