Notifiki

Ara kif il-Gvern ser jindirizza l-vjolenza domestika fuq erba’ binarji

Audrey Friggieri hija l-Kummissarju l-ġdid għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.

Is-Sinjura Friggieri hija għalliema gradwata fil-psikoterapija tal-familja sistematika b’masters fl-edukazzjoni tal-adulti, u qed tagħmel dottorat b’riċerka dwar l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola u jispiċċaw bla xogħol. Hija wkoll lettur fil-Fakultà tal-Benessere Soċjali fl-Università ta’ Malta u kitbet diversi kotba għat-tfal u l-adulti.

“Is-Sinjura Friggieri għandha l-kompetenzi importanti, hija persuna li ħadmet ħafna fil-qasam tal-edukazzjoni, għadha qed tistudja fil-qasam tal-familja, u allura ċertament wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru, mal-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, wasalna għal dan l-isem u nirringrazzjaha li wriet l-impenn kollu u aċċettat dan l-inkarigu tant importanti biex neliminaw din il-pjaga soċjali kbira fis-soċjeta tagħna Maltija u Għawdxija.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Edward Zammit Lewis, tenna l-impenn tal-Gvern favur aktar ħidma kontra kull forma ta’ vjolenza. Dan fost l-oħrajn billi jsiru aktar kampanji edukattivi u ta’ għarfien fl-istess waqt li n-nisa jingħataw l-għodda meħtieġa biex ikollhom indipendenza ekonomika u finanzjarja. Dan għaliex jekk il-mara tibqa’ taħdem, tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet għaliha u għal uliedha jekk tkun f’sitwazzjoni vulnerabbli.

Il-Ministru żied jgħid li b’ħidma mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, se jingħata aktar taħriġ lill-Pulizija biex ikunu aktar effettivi.

Barraminnhekk, fejn tidħol il-ġustizzja, jeħtieġ aktar xogħol biex il-Qrati Maltin jkunu aktar effettivi.

“Hemm bżonn li nżidu l-faċilitajiet amministrattivi anki permezz ta’ psikoloġi li jkunu f’dawn il-każijiet, hemm bżonn ngħinu aktar lix-xhieda meta jixhdu f’dawn il-każijiet allura Qrati iktar sensittivi u Qrati iktar effiċjenti.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend