Kwarantina ta’ ġimagħtejn f’Hong Kong għal min jirritorna miċ-Ċina – One News

Notifiki

Kwarantina ta’ ġimagħtejn f’Hong Kong għal min jirritorna miċ-Ċina

Hong Kong beda jħaddem kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn għal dawk kollha li jrritornaw lura miċ-Ċina, fi sforz biex ma jinferix il-Coronavirus.

Il-viżitaturi jkollhom jiżolaw ruħhom fil-lukandi jew ċentri mmexxija mill-Gvern, filwaqt li ċittadini ta’ Hong Kong għandhom jibqgħu ġo djarhom. Kull min jinqabad jikser dawn ir-regoli ġodda jista’ jaffaċċja multa u sentenza ħabs.

F’Hong Kong ġew ikkonfermati 26 każ b’fatalità waħda kawża tal-Coronavirus filwaqt li fiċ-Ċina s’issa ġew ikkonfermati aktar minn 34,500 każ ta’ infezzjoni u aktar minn 700 imwiet kawża ta’ dan l-istess virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend