Żfin u spettaklu permezz taż-żwiemel – One News

Notifiki

Żfin u spettaklu permezz taż-żwiemel


Matul tmiem din il-ġimgħa mat-18-il żiemel differenti se jkunu l-attrazzjoni prinċipali fi spettaklu għall-familja kollha li se jkun qed jitella’ f’Montekristo.

Dan hekk kif dawn iż-żwiemel se jkunu qegħdin jieħdu sehem fi spettaklu ta’ akrobazija u żfin sinkronizzati mal-mużika.

Iż-żwiemel li se jieħdu sehem inġiebu apposta minn Sqallija, u se jieħdu sehem flimkien ma’ uħud miż-żwiemel residenti fl-istalel ta’ Montekristo stess.

ONE News żar l-aħħar tħejjijiet u ltaqa’ ma’ Daniela Messina Ferrante, dilettanta sew taż-żwiemel, li qaltilna li f’dan l-avveniment se toħroġ il-kapaċità taż-żiemel li jitgħallem mingħajr sforz.

Daniela spjegat: “Hawn naqra minn kollox, għandna naqra Western, naqra liberty – liberty żwiemel li jaħdmu u juru kemm għandhom connection tajba mal-handlers tagħhom mingħajr ċineg, mingħajr affarijiet f’ħalqhom. Juru kemm żiemel jista’ jkun annimal intelliġenti.”

Kompliet tgħid li l-avveniment se juri wkoll li ż-żiemel ma jeżistix biss għat-tiġrijiet fil-korsa iżda jista’ jferraħ lin-nies ukoll.

Min-naħa tiegħu il-Kap Eżekuttiv ta’ Montekristo Daniel Orsini qal li fost iż-żwiemel se jkun hemm dawk tar-razza frisians, il-quarter horses u l-andalusians.

Huwa fisser: “Huma żwiemel li l-breed tagħhom minn żmien il-qedem kienu jintużaw għall-konnessjoni li kellhom mas-sidien tagħhom bit-tagħlim li jgħallmuhom u ħa jkollhom spettaklu kbir għall-ewwel darba li ħa jsir Malta u nħeġġeġ lil kulħadd jiġi jieħu biċċa minn dan l-ispettaklu.”

Spjega li se jkun hemm ukoll spettaklu bil-falkuni kif ukoll logħob bin-nar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend