Theuma jgħid li beda jħossu ttradut – One News

Notifiki

Theuma jgħid li beda jħossu ttradut


Yorgen Fenech, is-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ta arloġġ ta’ valur għoli ħafna lill-middleman Melvin Theuma sabiex jagħtih lil ibnu meta jagħlaq it-18-il sena.

Iddikjara dan  bil-ġurament Melvin Theuma, li l-Ġimgħa filgħodu sarlu kontro-ezami mill-avukati tal-aħwa Alfred u George Degiorio u Vince Muscat li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Carauna Galizia.

Theuma qal li meta Fenech sar jaf li rrekordjah, tah arloġġ ta’ valur għal ibnu u xi deheb minn barra biex ibiegħu. Żied li f’okkażjoni oħra biegħlu arloġġ, li kien ta’ edizzjoni limitata b’valur ta’ €13,000.

Melvin Theuma li ngħata l-proklama biex jikxef kollox dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia xehed li wara l-qtil, ħajtu nbiddlet għall-agħar.

“Kont qed ngħix f’ħajja tal-biki. Lil Alla flok tgħidlu grazzi talli qajjimtni, tgħidlu għaliex qajjimtni.”

Qal li ma qabiżx minn fuq il-bejt biex ma jpaxxix lil Yorgen Fenech għax beda jimmaġinah bil-qiegħda jpejjep sieq fuq sieq. Theuma stqarr li kien hemm żmien meta beda jaħseb li jneħħi ħajtu b’idejh.

Xehed dwar ir-relazzjoni li kellu mal-eżekutturi. Qal li l-Koħħu kien jafu għax kienu jilagħbu logħob illegali flimkien u mill-casino. Theuma qal li qatt ma qal lilll-ezekuturi li l-mandant kien Yorgen Fenech.

Melvin Theuma qal li hu kien jaħdem bħala xufier tat-taxi u ammetta li kien ikollu dħul mil-logħob tal-ażżard.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend