Ix-xita titfi terz tan-nar fi New South Wales

Xita qliel mal-kosta tal-lvant tal-Awstralja wasslet biex intfew terz tan-nirien fil-foresti fir-reġjun.

Ix-xita li nieżla fl-istat ta’ New South Wales tfiet 20 minn madwar 60 nar fl-istat.

L-awtoritajiet laqgħu x-xita iżda wissew dwar għargħar f’Sydney u bliet oħra mal-kosta.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, dawn l-inħawi diġà esperjenzaw l-istess ammont ta’ xita li ssoltu tagħmel f’sena.

L-ikbar belt fl-Awstralja, Sydney, irreġistrat l-aktar jum imxarrab fi 15-il xahar, u kienu bosta r-residenti li ħadu pjaċir bix-xita minkejja l-inkonvenjent.

Partijiet kbar minn New South Wales esperjenzaw nixfa kbira fl-aħħar 3 snin, u l-kundizzjonijiet tat-temp bħalissa kkalmaw ftit min-nirien qattiela li kien hemm fl-aħħar xhur.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend