ARA: Busuttil u Grech jgħidu li m’hemmx fazzjonijiet fil-PN – One News

ARA: Busuttil u Grech jgħidu li m’hemmx fazzjonijiet fil-PN


“Ma teżistix.”

Dan kien kliem l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil propju ftit tal-jiem ilu waqt il-programm Xarabank dwar il-fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista.

Meta mistoqsi mill-preżentatur tal-programm dwar il-fazzjonijiet li għal dawn l-aħħar sentejn u nofs iddominaw u kissru lill-Partit Nazzjonalista, Busuttil wieġeb li “assolutament” dawn ma jeżistux u m’hemmx firda fil-Partit.

Meta kien mistoqsi: “Naħseb konxju li hemm il-fazzjoni ta’ Simon u l-fazzjoni ta’ Delia?” Busuttil wieġeb: “Ma teżistix.”

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Jiġifieri ma hemmx firda qed tgħid int?” Busuttil tenna: “Assolutament.”

Waqt l-istess programm Busuttil saħansitra qal li l-fazzjonijiet huma vvintati mill-Partit Laburista: “Din hija ħolqa tal-Partit Laburista biex jipprova jiżra’ l-firda fil-Partit Nazzjonalista.”

Huwa sostna: “Hija ħasra li fil-politika niżirgħu daqshekk mibegħda u daqshekk firda għax il-politika tista’ tuża’ b’mod pożittiv.”

Tal-istess fehma kien id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li jifforma parti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil hekk kif ftit tax-xhur ilu saħaq li m’hemm l-ebda fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista.

Grech kien qal: “Jien nassigurak li ma hemm l-ebda fazzjonijiet. M’hemmx fazzjoni waħda fazzjoni l-oħra. Nassigurak li dan ma hu minnu assolutament xejn.”

L-impressjoni li taw Simon Busuttil u Claudio Grech jikkuntrastaw ferm mat-terrimot politiku li ħakem lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem.

Dan wara it-tlett riżenji tal-Clyde Puli, Robert Arrigo u Kristy Debono.

Fi kliem Clyde Puli f’botta ċara lejn ta’ Busuttil huwa ma pretendiex għajnuna iżda lanqas gambetti u daqqiet ta’ sieq fl-għaksa.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mela intom għandkom taraw dan l-imbarazz ta’ programm??! Niftaħar ngħid li jien qatt u qatt ma segwejt lanqas meta kien hemm in-nies tagħna għax xorta żbilanċjat ikun. U x’tistenna minn min minn ġuf ommu nazzjonalist! Tarawhx u daqshekk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend