L-ex-deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta ċaħad b’mod kategorika li huwa għadda xi informazzjoni fuq il-każ ta’ Daphne Caruana Galizia lil terzi persuni.
Fi stqarrija, is-Sur Valletta għamel referenza għax-xhieda li ngħatat illum fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
“Jien l-unika informazzjoni li għaddejt kienet waqt qadi ta dmirijieti”, qal Valletta waqt li tenna li huwa seta’ jagħmel dan qabel it-13 ta’ Ġunju tal-2018, għax wara din id-data huwa ma baqax parti mill-investigazzjoni fil-qtil ta’ Caruna Galizia.