Id-dar ta’ Ċensu Tabone protetta mill-Awtorità tal-Ippjanar – One News

Notifiki

Id-dar ta’ Ċensu Tabone protetta mill-Awtorità tal-Ippjanar

Dar f’San Ġiljan, li fil-ġnien tagħha għandha teatru neo-klassiku ingħatat l-ogħla livell ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan wara anki diskussjonijiet mas-Sovraintendenza għall-patrimonju kulturali

Fil-fatt din id-dar li fiha kien jgħix il-President Emeritu Ċensu Tabone ġiet rikonoxxuta fl-ewwel grad, l-ogħla livell ta’ ħarsien mill-Awtorità.

Huwa stmat li din id-dar li tinsab fiż-żona tal-kappella ta’ Lapsi, fi Triq il-Karmnu, hija fost l-ewwel binjiet li nbnew f’dawk l-inħawi.

It-teatru nbena fl-1870 u  kien magħruf bħala Teatru Melita.

F’dan it-teatru kienu jmorru l-aktar dawk li kienu jqattgħu s-sajf fl-akwati ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan.

It-teatru kien jintuża wkoll għall-taħditiet, esebizzjonijiet teatru u biex jinwera xi film.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend