Ħtieġa li nedukaw lit-tfal kontra l-vjolenza domestika – One News

Notifiki

Ħtieġa li nedukaw lit-tfal kontra l-vjolenza domestika

Waqt żjara fl-iskola primarja taż-Żejtun, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici saħaq fuq il-ħtieġa li nedukaw lit-tfal, sa minn età żgħira, kontra l-vjolenza domestika.

“L-edukazzjoni hija waħda mill-għodod importanti fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika”, sostna l-Ministru Bonnici li saħaq ukoll kif se jkompli jżur iżjed skejjel biex isegwi mill-qrib il-ħidma importanti tal-edukaturi mat-tfal tagħna.

Waqt din iż-żjara, ġie spjegat lill-Ministru Bonnici li bis-saħħa tat-tagħlim li jsir dwar l-Iżvilupp Personali, Soċjali u Karrieri fl-Iskejjel Primarji, l-istudenti jitgħallmu dwar l-emozzjonijiet u r-reazzjonijiet u kif dawn jistgħu jinbidlu f’sitwazzjonijiet differenti, dwar ir-rispett u bullying fost temi oħra.

Intqal li f’livell sekondarju dawn it-temi jiġu diskussi f’aktar dettall u fost l-oħrajn jitkellmu wkoll dwar il-vjolenza domestika u r-rabta bejn il-vjolenza domestika u l-abbuż mid-droga.

Matul din iż-żjara, il-Ministru Owen Bonnici qal lill-istudenti li l-għalliema jistħoqilhom kull rispett għax-xogħol siewi li jagħmlu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend