Il-ħaddiema tal-isptarijiet f’Hong Kong jistrajkjaw – One News

Notifiki

Il-ħaddiema tal-isptarijiet f’Hong Kong jistrajkjaw

Mijiet ta’ ħaddiema fl-isptarijiet ta’ Hong Kong qed jistrajkjaw u jitolbu li l-fruntiera mal-kumplament taċ-Ċina tingħalaq kompletament biex jitnaqqas ir-riskju li l-coronavirus ikompli jinfirex.

Ir-reġjun ta’ Hong Kong diġà waqqaf is-servizzi ta’ vvjaġġar lejn iċ-Ċina bil-ferroviji u l-laneċ, iżda l-ħaddiema tas-saħħa fosthom tobba u infermieri jridu li l-fruntiera tingħalaq kompletament.

L-awtoritajiet qalu li jekk jagħmlu dak li qed jitolbu l-ħaddiema fl-isptarijiet – li heddew li se jkomplu bl-istrajk sakemm isir dak li qed jitolbu – ikunu qed imorru kontra l-pariri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

F’Hong Kong, fejn hemm popolazzjoni ta’ seba’ miljun ruħ, hemm ħmistax-il każ ta’ dan il-virus. Minkejja li r-reġjun huwa parti miċ-Ċina, il-fruntiera tiegħu mal-partijiet l-oħra tal-pajjiżi taħdem bl-istess mod bħal fruntieri oħra internazzjonali.

Mindu feġġ dan il-virus f’Wuhan fiċ-Ċina, ġew ikkonfermati aktar minn sbatax-il elf każ, u aktar minn tliet mija u sittin mewt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend