Iċ-ċittadini Awstraljani milquta mill-Coronavirus jinżammu kwarantina fi Christmas Island – One News

Notifiki

Iċ-ċittadini Awstraljani milquta mill-Coronavirus jinżammu kwarantina fi Christmas Island

Intant, l-Awstralja bdiet bl-evakwazzjoni taċ-ċittadini tagħha li spiċċaw maqbuda minħabba l-coronavirus, lejn ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti fi gżira remota.

Dawn jinsabu fi triqithom miċ-Ċina lejn Christmas Island fl-Awstralja, fejn se jinżammu kwarantina għal ġimagħtejn.

Uffiċjali fil-kapitali Awstraljana qalu li mal-mitejn u tlieta u erbgħin ċittadin Awstraljan, inkluż disgħa u tmenin tifel u tifla, jinsabu fi triqithom lejn Christmas Island, u hemm skedata titjira oħra aktar tard din il-ġimgħa.

Hija l-linja tal-ajru Awstraljana, Qantas, li qed topera dawn it-titjiriet.

Dawk abbord qed jilbsu maskri u ilbies ieħor protettiv, u l-komunikazzjoni bejn il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri se tkun mill-inqas possibbli

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend