X’futur għandha l-Iskozja wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE? – One News

Notifiki

X’futur għandha l-Iskozja wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE?

L-eks President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li Brussell tħoss empatija lejn l-Iskozja u stqarr li indipendentament għandha tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru tal-Iskozja Nicola Sturgeon qalet illi f’każ ta’ indipendenza, l-Iskozja tfittex li tissieħeb b’mod sħiħ fl-UE.

Dan wara li l-Ġimgħa r-Renju Unit ħareġ minn membru tal-istituzzjoni Ewropea wara sħubija ta’ 47 sena.

Tusk għadda l-kummenti tiegħu wara li t-tluq tar-Renju Unit ħalla emozzjonijiet ta’ dieqa fost il-mexxejja Ewropej.

L-eks President qal li bla dubju l-isħubija tal-Iskozja tkun ikkunsidrata b’entużjażmu, iżda xorta waħda ma tkunx aċċettata b’mod awtomatiku.

Il-Gvern tar-Renju Unit ma jappoġġjax il-gvern Skoċċiż li jitlob għal refendum ieħor għall-Indipendneza jew li jerġa’ jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Fir-referendum tal-2016, l-Iskozja kienet ivvutat b’maġġoranza ta’ 62% favur biex ir-Renju Unit jibqa’ sieħeb fl-UE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend