L-għaqda fil-pajjiż fl-aħħar jiem ġabet serħan il-moħħ u trankwillità – One News

Notifiki

L-għaqda fil-pajjiż fl-aħħar jiem ġabet serħan il-moħħ u trankwillità

Qed jaslu l-messaġġi ta’ bidliet, li juru kif dan huwa gvern serju. Gvern li jemmen fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.”

Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt attività politka quddiem folla kbira ta’ nies f’Ħal Qormi, b’reazzjoni għall-ewwel impenji uffiċjali tiegħu fi Brussell.

Semma fost oħrajn il-laqgħa li kellu mal-President tal-Paralament Ewropew David Sassoli.

Il-laqgħa kienet waħda mill-aktar pożittiva fejn qed jinnutaw l-ewwel bidliet li għamilna u l-messaġġ li ħareġ kien “Qed ninnutaw il-bidliet b’saħħithom li qegħdin tagħmlu.” Dak kien il-messaġġ mill-President tal-Parlament Ewropew.” Stqarr il-Prim Ministru Abela.

Il-Prim Ministru qal li fost l-ifidi li tkellem mal-mexxejja ewropej fl-ewwel laqgħat tiegħu kien hemm il-budget tal-unjoni ewropea u semma kif bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewroepa, se jkollha sittin biljun ewro inqas xi tqassam. Spejga li dan flimkien mal-iżvilupp ekonomiku li kellu pajjiżna se jaħdmu kontrina.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Abela esprima d-diżappunt tiegħu għall-atteġġjament tal-Membri Parlamentari Ewropej David Casa u Roberta Metsola waqt iż-żjara tiegħu fi Brussell.

Dan hekk kif l-MEPS Nazzjonalisti ma riedux jiltaqgħu mal-kollegi Membri Parlamentari Ewropej Laburisti għall-laqgħa mal-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru rrimarka wkoll id-diskors negattiv u xott mill-ideat tal-MEPs Nazzjonalisti.

Iltqajt magħhom u ddiżappuntani l-messaġġ li wasslu. Messaġġ ta’ negattiviżmu kontra pajjiżna. Ma ħarġitx proposta waħda li hija pożittiva. Jiena lest nilqa’ kull kritika imma lest ukoll u dispost biss li naħdem ma’ min iħobb lil pajjiżna.” Kompla jgħid.

Il-Prim Ministru spjega kif dan ma jawgurax tajjeb għall-pajjiżna hekk kif bħalissa huwa essenzjali li nkomplu nitrasmettu l-messaġġ ta’ għaqda u pożittività.

Dr Abela tkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni u spjega kif is-sitwazzjoni hija waħda diffiċli hekk kif filwaqt li wieħed ma’ jistax jipperikola ħajjet dawk li jinsabu bejn sema u ilma. Fl-istess waqt il-pajjiż m’għandux jitabba b’piżijiet li ma jiflaħx jerfa’.

B’hekk huwa qal li fil-futur se jkompli jwassal il-messaġġ biex l-Ewropa tieħu f’idejha din il-problema li qed tiddomina l-baħar fil-Mediterran.

Il-Prim Ministru semma wkoll l-aħħar klassifikazzjoni mill-aġenzija indipendenti tal-kreditu d-DBRS. Klassifikazzjoni li għal darb’oħra reġgħet ikkonfermat kif l-ekonomija Maltija qed tkompli tikber u tirreġistra surplus.

Tenna, “Kellna din il-ġimgħa credit rating b’saħħtu lbieraħ stess ta’ A High mid-DBRS li qed jaraw ekonomija li ser tkompli tikber, surplus li ser ikompli jiġi rreġistrat. Dan hu l-ottimiżmu li minn barra għandna lejn pajjiżna.”

Dwar sehem tan-nies fil-politika, il-Prim Ministru Abela saħaq li mhux kuntent bin-numru ta’ nisa fil-Parlament u b’hekk aċċenna għall-importanza li jiġi implimentat il-mekkaniżmu li jiżġura bilanċ aktar ekwu bejn iż-żewġ sessi.

Il-Mexxej Laburista temm id-diskors tiegħu b’emfasi fuq l-importanza li l-Partit Laburista u l-Gvern jibqgħu viċin in-nies u qal li anke hu se jibda jżur lin-nies fi djarhom mingħajr ma jaqbeż l-ebda bieb .

Temm jgħid, “Għandna ambizzjonijiet kbar għal pajjiżna, għandna pożittivitá kbira għall-pajjiżna. Ejja ħa nibqgħu naħdmu flimkien. Flimkien magħkhom. Flimkien ma’ poplu Malti u Għawdxi wieħed. Maqgħudin flimkien, pożittivi flimkien ħalli nkomplu nġibu riżultati b’saħħithom għal pajjiżna, għal Malta, għal Għawdex li tant inħobbu. Nirringrazzjakhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend