Kumpanija tal-videogames tinvesti aktar minn €1.4 miljun f’Malta

Ġew inawgurati l-uffiċini ewlenin ta’ NARC game studios, kumpanija tal-logħob diġitali li twaqqfet fi Frar ta’ tlett snin ilu minn professjonisti ta’ esperjenza grazzi għall-ekosistema ideali li toffri Malta għal dan il-qasam.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, li kien preżenti għall-ingawurazzjoni, tenna li s-sostenn ta’ niċċa ekonomika ġdida u dinamika hija esperjenza li qed tkun antiċipata b’entużjażmu.

Fakkar ukoll li l-ammont ta’ ħaddiema se jitla’ għal 150 fi tliet snin hekk kif l-investiment li sar fl-ekonomija tul dawn l-aħħar sentejn kien jlaħħaq il-€1.4 miljun.

Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo qal li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jiżviluppa dan il-qasam b’mod ħolistiku ma’ imsieħba ewlenin bħal NARC.

Il-Kap Eżekuttiv u Fundatur ta’ NARC qal li Malta uriet li hija l-bażi ideali għal din il-ħidma.

Bħalissa l-kumpanija qed tiżvilluppa logħba diġitali onlajn li se toffri li min qed jilgħab ikun parti integrali mil-logħba u dan l-aspett se jiġġenera dħul għal deċenji sħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend