Il-PM jtenni li l-Gvern se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess ta’ pajjiżna – One News

Notifiki

Il-PM jtenni li l-Gvern se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess ta’ pajjiżna

Inwiegħdkhom it-trasparenza f’kull deċiżjoni li nieħu.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt attività politika f’Ħal Qormi.

Il-Prim Ministru Abela kien qed jirreferi għall-ftehim tal-isptarijiet tagħna hekk kif stqarr li ġie ffurmat kumitat sabiex issir evalwazzjoni indipendenti relatata ma’ dan.

Il-Prim Ministru qal dan fl-isfond tal-isfida mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex jieħu deċiżjoni dwar dan il-ftehim.

Deċiżjoni li iżda kienet diġà ttieħdet mal-mument li l-Prim Ministru Abela ġie fdat bit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.

Dr Abela spjega kif fost oħrajn dan il-Kumitat se jkun qed jinkludi fih lis-Segretarju Permanenti ewlieni fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi Alfred Camilleri.

Kumitat magħmul mill-Ministeru tas-Saħħa, magħmul mill-Ministeru tal-Finanzi, magħmul minn persuni oħra li jafu dan il-każ, magħmul minn tim legali li bagħttilhom messaġġ. “Jien irrid li ttuni stock take tas-sitwazzjoni kollha. Irrid inkun naf il-fatti kollha, kull ftehim li ġie ffirmat dwar dan il-każ biex umbgħad inkunu nistgħu nieħdu deċiżjoni.” Dan huwa l-mod kif isiru l-affarijiet f’pajjiż serju.” Stqarr il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Abela qal li d-deċiżjoni dwar dan il-ftehim se tkun qed tittieħed fi tmiem din l-evalwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin u se tkun ibbażata fuq erba’ prinċipji.

Deċiżjoni skond l-aqwa interess tas-saħħa f’pajjiżna, deċiżjoni skond l-aqwa interess tal-pajjiż. Deċiżjoni anzi hemm it-tielet kriterju li finanzjarjament tkun tagħmel sens għal pajjiżna. Dawk huma l-kriterji u r-raba’ ħa nżid anzi r-raba’ kriterju, l-integritá, l-onestá u t-trasparenza f’kull deċiżjoni li ser tittieħed.” Kompla jisħaq il-Mexxej Laburista.

Il-Prim Ministru Abela semma wkoll id-deċiżjoni rresponsabbli tal-Kap tal-Oppożizzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa, li ma jiġix ikkonsultat aktar dwar il-ħatra tar-regolatur għall-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

B’din id-deċiżjoni, il-Prim Ministru qal li Delia abdika mir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni, li jobbligawh joffri l-opinjonijiet tal-Oppożizzjoni fuq materja importanti għall-pajjiżna.

Il-Prim Ministru qal li d-deċiżjonijiet xorta se jibqa’ joħodhom u se jkun qed iżomm dan il-programm. Qal ukoll li jekk ikun hemm bżonn, il-programm jiġi rivedut biex jissaħħaħ u jibqa’ jħalli ġid lil pajjiżna.

Fejn hemm bżonn li nagħmlu reviżjoni ral-mod kif jaħdem il-programm se nagħmlu reviżjoni. Mhux biex ineħħu l-programm imma biex inkomplu nsaħħu l-programm. Dik id-differenza ewlenija llum bejn iż-żewġ partiti. Il-partit tagħna l-Gvern tagħna li jemmen li għandu jibdel biex ikompli jsaħħaħ għall-partit li għalih il-bidla għalih tfisser li tkisser.” Temm jgħid.

Il-Prim Ministru Abela spejga wkoll kif id-deċiżjoni għaz-żamma ta’ dan il-programm, li fl-aħħar snin ħalla iktar minn 830 miljun ewro f’kontribuzzjonijiet għall-pajjiżna, waslet ukoll wara r-reazzjoni pożittiva minn naħa tal-Kamra tal-Kummerċ wara laqgħat mal-Gvern fejn fihom ġie diskuss dan il-programm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend