Il-PM Abela fdat ħames darbiet aktar minn Adrian Delia – Stħarriġ MT – One News

Notifiki

Il-PM Abela fdat ħames darbiet aktar minn Adrian Delia – Stħarriġ MT

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat kważi ħames darbiet aktar mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Dan żvelah sondaġġ tal-MaltaToday fejn fil-ħarġa tal-Ħadd il-Kap Nazzjonalista kiseb l-agħar klassifikazzjoni ta’ fiduċja li qatt kiseb kemm ilu fil-politika.

Filfatt f’dan l-istħarriġ xjentifiku Robert Abela kiseb 62.5% tal-fiduċja tal-Maltin u Għawdxin filwaqt li Adrian Delia kiseb il-fiduċja ta’ 13.5% biss, distakk ta’ 49 punt.

Abela kiseb ukoll il-fiduċja ta’ 22.5% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-2017, 10% inqas minn kemm Delia kiseb min-nies tiegħu stess.

Abela għandu l-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tan-nisa u rġiel f’pajjiżna b’ 60.4% u 64.4% rispettivament. Il-Prim Ministru kiseb ukoll il-fiduċja tal-maġġoranza tal-votanti f’Għawdex, kif ukoll f’kull parti ta’ Malta; inkluż distretti li fil-passat kienu jafdaw aktar lill-Partit Nazzjonalista.

Fost l-istudenti, l-Prim Ministru wkoll kiseb aktar fiduċja minn Adrian Delia. Filfatt filwaqt li Delia għandu l-fiduċja ta’ 9.4% taż-żgħażagħ ta’ bejn 18 u 35 sena, Abela kiseb il-fiduċja ta’ 64.6%, differenza ta’ 55.2%.

Il-MaltaToday staqsa wkoll dwar lil liem partit kienu lesti jivvutaw kieku kellha ssir elezzjoni għada. Hawnhekk il-Partit Laburista kiseb 49.2% u l-Partit Nazzjonalista kiseb 23.8%. Dan ifisser distakk ta’ 25.4%. L-istħarriġ innota wkoll li minn Diċembru ‘l hawn il-Partit Nazzjonalista naqqas 6% ta’ dawn li kienu lesti javdawh bil-vot.

Dan huwa l-ewwel stħarriġ li sar bejn Robert Abela u Adrian Delia u l-Mexxej Laburista rnexxielu jikseb l-akbar fiduċja li qatt kellu mexxej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend