L-Amerka ddikjarat emerġenza għas-saħħa pubblika minħabba t-tixrid tal-Coronavirus – One News

Notifiki

L-Amerka ddikjarat emerġenza għas-saħħa pubblika minħabba t-tixrid tal-Coronavirus

L-Amerka ddikjarat emerġenza għas-saħħa pubblika b’rabta mat-tixrid tal-Coronavirus fejn sostniet kif mhux se tkun qed taċċetta persuni fil-pajjiż li żaru ċ-Ċina tul dawn l-aħħar ġimagħtejn.

Ċittadini Amerikani li rritornaw lura minn ġitha mill-provinċja ta’ Hubei, se jkunu qed jinżammu 14-il jum kwarantina.

S’issa ġie kkonfermat aktar minn ħdax-il elf każ ta’ dan il-virus ġdid, bil-maġġorparti tal-każijiet jinsabu fiċ-Ċina, proprju minn meta ħareġ fil-beraħ l-ewwel każ lura f’Diċembru.

Aktar minn 100 każ s’issa ġie rrapportat barra miċ-Ċina f’madwar 22 pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend