Aħbar pożittiva għal Trump – One News

Notifiki

Aħbar pożittiva għal Trump

Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jinħeles mill-akkużi kontrih fil-ġuri biex jitneħħa minn President. Dan hekk kif is-senaturi ma vvotawx favur li jinġiebu aktar xhieda u evidenza.

Id-Demokratiċi fis-senat ittamaw li jikkonvinċu erba’ senaturi Repubblikani biex jivvutaw magħhom biex jestendu l-ġuri mingħajr ma tinbidel l-istampa.

Iżda ġara li tnejn mill-erba’ Repubblikani vvotaw l-istess bħad-Demokratiċi. Il-pass li jmiss hu li jittieħed vot li jara jekk Trump għandux jitneħħa mill-kariga tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend