Il-PM Robert Abela jiltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-MFA – One News

Notifiki

Il-PM Robert Abela jiltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-MFA

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.

Waqt laqgħa l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-valuri li tħaddan l-logħba tal-futbol għandhom ikunu riflessi fis-soċjetà Maltija.

Semma fost oħrajn l-onestà, id-dixxiplina, l-integrità, id-dedikazzjoni u l-għaqda.

Il-Prim Ministru Abela qal ukoll kif il-ħsibijiet u l-pjanijiet tal-MFA għall-avvanzi fil-logħba tal-futbol Maltija huma komuni għal dawk tal-Gvern.

Dan hekk kif ukoll fl-aħħar snin, il-Gvern kien katalista għat-tisħiħ tal-isports f’pajjiżna.

Dwar dan One News tkellem mas-Segretarju Parlamentarti responsabbli mill-qasam sportiv Clifton Grima.

Intant il-Prim Ministru Dr. Robert Abela kien milqugħ mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo u ngħata wkoll flokk tat-tim nazzjonali li jfakkar iż-żmien li fih il-Prim Ministru kien jilgħab għat-tim nazzjonali.

Il-President tal-MFA qal ukoll kif il-pajjiż għandu bżonn il-logħba tal-futbol hekk kif il-logħba minnha nfissha titrasmetti għaqda u imħabba għall-pajjiż.

Huwa spjega kif l-MFA għaddejja bil-pjanijiet tagħha għal strateġija ta’ tmien snin li l-għan tagħha huwa li ttejjeb il-logħba tal-futbol Maltija mill-aspett tekniku.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend