Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb, tenna li l-iskema tal-programm taċ-ċittadinanza b’investiment fissret ġid għall-Malta.
F’kumment skjett ħafna meta intervistat fuq The Malta Independent, David Xuereb qal: “L-iskema tal-IIP ġabet ħafna ġid lill-pajjiż.”
Fil-programm Xuereb ikkummenta wkoll dwar kif id-due diligence tal-programm Malti huwa wieħed mill-aqwa fid-dinja.
“Aħna nifhmu, il-Kamra tal-Kummerċ tifhem, li d-due d-dilegence li jsir huwa serju ħafna. Wieħed mill-iktar serji f’ħafna pajjiżi,” qal Xuereb li aġenti tal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment huma wkoll membri tiegħu. Minn naħa tiegħu Xuereb insista li l-Kamra tal-Kummerċ trid li programm tal-IIP jew simili jkomplu, għalkemm tenna li tixtieq sospensjoni sakemm isir xi titjib. Innota wkoll kif dan it-titjib kien diġa’ diskuss mal-Ministru Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.