Triq Gajdoru fix-Xagħra titlesta u ppublikat tender ta’ €1.2 miljun għall-kumplament ta’ Triq Marsalforn – One News

Notifiki

Triq Gajdoru fix-Xagħra titlesta u ppublikat tender ta’ €1.2 miljun għall-kumplament ta’ Triq Marsalforn

Tlesta x-xogħol fi Triq Gajdoru fix-Xagħra Għawdex, fejn b’investiment ta’ madwar €40,000, ir-residenti Xagħrin ser ikollhom toroq aħjar u aktar siguri.

Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fejn qal kif din it-Triq hija waħda mid-diversi toroq li dan il-Ministeru ser iwettaq fiż-żmien li ġej, fosthom proġett ta’ aktar minn miljun ewro fi Triq Marsalforn fix-Xagħra stess.

Il-Ministru Camilleri: “Qegħdin nippjanaw ukoll proġetti ġodda sabiex inkomplu għaddejjin bit-tisħiħ tal-infrastruttura li għandna ġewwa Għawdex propju llum ukoll ħriġna tender 1.2 milljun għat-triq oħra fix-Xagħra, triq li twassal għall-bajja ta’ Marsalforn.”

Fir-raħal pittoresk tax-Xagħra tlestiet ukoll Triq il-Kumittiva ftit xhur ilu b’investiment ta’ €34,000.

Dan filwaqt li proġett ieħor ta’ €55,000 ser ikun qed jara l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Masri li għal żmien twil kienet ta’ inkonvenjent għar-residenti li joqgħodu f’dawn in-naħat.

Il-Ministru Camilleri tenna li ser jara li l-proġetti kolla li ser jibdew jingħalqu skont iż-żmien stipulat sabiex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent għaċ-ċittadini Għawdxin u dawk l-eluf ta’ turisti u Maltin li jżuru lil din il-Gżira kull ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend