Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech – One News

Notifiki

Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello dalgħodu se tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-prosekuzzjoni imexxija mill-ispettur Keith Arnaud u Kurt Zahra se tkompli tressaq aktar evidenza fil-konfront ta’ Fenech.

Fl-awla hawn preżenti xi qraba ta’ Yorgen Fenech fosthom l-mara tiegħu Marlene Fenech u kuġini tiegħu.

10:27: Beda jixhed l-espert tal-qorti Alvin Cardona li ppreżenta l-qorti xi ritratti u informazzjoni relatati mal-każ u l-akkużat.

11:05: Is-seduta ġiet sospiża għal ftit ħin sakemm il-qorti tagħmel il-preparamenti biex jinstemgħu r-recordings li ta lill-pulizija Melvin Theuma, b’konversazzjonijiet bejnu u bejn Yorgen Fenech.

11:35: Is-seduta reġġgħet bdiet u daħal jixhed il-middleman Melvin Theuma li ngħata l-maħfra presidenzjali.

11:39: Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello bdew jinstemgħu r-recordings, bl-ispettur Keith Arnaud qallu li se jsaqsih mistoqsijiet fuq ir-recordings.

11:47: Melvin Theuma qal li qatt ma qal lil Yorgen Fenech li kien qiegħed jirrekordjah. B’Melvin Theuma qallu fil-15 ta Ottubru 2018 li kellu recordings ta’ bejniethom. B’Johann Cremona ukoll kien qal lil Fenech li Theuma irrekordjah.

12:12: Recording minnhom li saret fl-2018, Melvin kien qiegħed fil-karozza Jaguar u mar għal Yorgen Fenech u tfal l-ajruport, meta kienu ġejjin minn btala meta marru jaraw logħba futbol barra minn Malta.

F’din ir-recording Yorgen beda jitkellem dwar il-futbol.

Iżda Melvin beda jkellmu dwar pledge u tradiment. Semma lil Keith Schembri u lil Arthur Azzopardi, l-avukat ta’ Vince Muscat. Theuma qal li beda jaħseb li dan kien kollu tradiment minn Yorgen Fenech u Keith Schembri.

Theuma jinstema jgħid lil Fenech li ġie Kenneth u din ir-risposta ġejja mingħand Keith Schembri dwar il-bail tal-ħelsien mill-arrest. B’Theuma qal lil ħu l-Fulu u ċ-Ċiniż li se jingħataw il-bail.

Iżda Fenech jgħid – “Jien ma nerfax ir-responsabilità tagħha jien din għax mhux jien għidtielek.”

Melvin jinstema jgħid li jtella’ lil hu l-Fulu u ċ-Ċiniz il-Melliehħa, fejn joqgħod Keith Schembri. Qal li hu f’moħħu kien ċert li kollox kien ġej mingħand Keith Schembri tant li lanqas saqsa lil Kenneth min bagħtu. Iżda fl-awla Theuma bil-ġurament qal li ma jistax ikun ċert li kollox kien ġej minn Yorgen.

Yorgen kien jgħid lil Melvin li Keith m’għandux saħħa jirranġa affarijiet hekk għax lanqas l-affarijiet tiegħu l-Qorti ma rranġa. Pero Fenech qallu li se jkellem lil Keith biex jara x’jista’ jagħmel.

12:16: Minħabba li recordings mhumiex ċari, l-Maġistrat ħatret persuna sabiex tagħmel transcript tar-recordings.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend