Parti mill-ħajt ta’ Trump li jaqsam il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku ġarrab ħsarat estensivi kawża ta’ riħ qawwi.
Uħud mill-partijiet li waqgħu kienu għadhom kif saru riċentament. L-awtoritajiet Messikani kienu fost tal-ewwel fuq il-post u kkontrollaw is-sitwazzjoni delikata bejn iż-żewġ pajjiżi.
Sadanittant il-ħidma fuq il-binja ta’ dan il-ħajt mistennija tkompli għaddejja, hekk kif din kienet wiegħda ewlenija ta’ Trump fl-aħħar elezzjoni Presidenzjali biex inaqqas l-immigrazzjoni massiċċa ta’ Messikani li jaqsmu lejn l-Amerka.