Jitħabbru d-dati tal-‘Għaxaq Music Festival’ ta’ din is-sena – One News

Notifiki

Jitħabbru d-dati tal-‘Għaxaq Music Festival’ ta’ din is-sena

L-Għaxaq Music Festival ibiddel id-dati storiċi tiegħu. Dan għaliex s-soltu dan il-festival isir fix-xahar t’Awwissu. Dan il-festival ser jimxi għall-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju. Aktar preċiżament dan il-festival prestiġjuż ser jkun mifrux fuq jumejn jiġifieri nhar il-Ġimgħa, 24 u s-Sibt, 25 ta’ Lulju.

Li żgur ma nbdielx hi r-riċetta għal serata sajfija ta’ festa b’mużika b’artisti lokali popolari u artisti ta’ fama internazzjonali magħrufa ma’ kulħadd! Fuq kollox festival tassew miftuħ għal kulħadd!

Għal darb’oħra, kif titlob it-tradizzjoni marbuta ma’ dawn il-festivals mużikali hemm bżonn li nterrqu lkoll lejn il-qalba ta’ dan ir-raħal ħlejju għal esperjenza mużikali mill-aktar eċċitanti! Fil-qawwa ta’ sajf sħun mimli attivitajiet, xejn ma jiġbed aktar attenzjoni minn dawn il-jumejn straordinarji fejn tirrenja l-mużika tal-aqwa kwalità! Għadu f’moħħ u f’qalb kulħadd il-kunċert spettakolari ta’ Smokey tas-Sajf li għadda!

Dati ġodda b’wegħda tal-istess atmosfera msaħħra u l-enerġija ta’ folla miġbura għal darb’oħra għal ritwal ieħor ta’ mużika tal-għola livell artistiku.

L-Għaxaq Music Festival ser jiftaħ nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju b’serata marbuta kollha ma’ talent Malti fil-quċċata tal-popolarita’ fostna. Serata speċjali fejn l-artisti maltin jsiebu dik darhom naturali fuq palk ta’ statura internazzjonali. Dan hu palk li tassew jista’ jitqies vettrina għall-artisti tagħna li magħna jorbtu l-emozzjoni ta’ performance mdawrin b’udjenza entużjasta. Folla kbira fil-qies u fuq kollox fl-entużjażmu!

Is-Sibt, 25 ta’ Lulju. Jum li jimmarka l-ambizzjoni u l-viżjoni ta’ dan il-festival li bil-premiere assolut f’pajjiżna ta’ grupp leġġendarju internazzjonali ieħor. Grupp ieħor li kiteb ismu fid-deheb fil-kostelazzjoni tal-artisti li huma ikoni fil-ġeneru mużikali tagħhom. Festa mużikali b’diski fil-memorja tagħna llkoll b-akkumpanjament strumentali minn fost l-aqwa mużiċisti globali fis-settur.

Għaldaqstant ħudu nota. Din hi wegħda t’enerġija pura taħt sema kollu kwiekeb fejn in-nies jingħaqdu f’ċelebrazzjoni f’komunità waħda taħt il-valuri ta’ fratellanza globali, diversità u paċi dinji! Dan kollu ser ikun qed isseħħ fil-grawnd ta’ Ħal Għaxaq, fil-qalba ta’ raħal ħlejju sa fejn jivvjaġġaw l-aqwa stillel tal-mużika globali!

L-Għaxaq Music Festival, 2020 jgawdi il-patroċinju prestiġġjuż tal-Kunsill Malti tal-Arti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend