Tfajla ta’ 19-il sena hija waħda mir-rekluti biex tkun gwardjana fil-ħabs – One News

Notifiki

Tfajla ta’ 19-il sena hija waħda mir-rekluti biex tkun gwardjana fil-ħabs

Sebgħa u tletin rekluta bħalissa għaddejjin bir-reklutaġġ sabiex jibdew karriera mal-aġenzija għas-servizzi korrettivi bħala gwardjani tal-ħabs.

It-taħriġ intensiv qed isir fuq medda ta’ erba’ xhur.

Fost dawn ir-rekluti hemm tfajla ta’ dsatax-il sena, li tkellmet dwar kif minn dejjem kellha x-xewqa li taħdem bħala gwardjana fil-ħabs.

“Dejjem xtaqt nkun parti mis-servizz. Ninkoraġixxi aktar nisa jidħlu u jibdew din il-karriera. Biża’ m’għandekx għalfejn għax hawn id-dixxiplina.”

Apparti t-taħriġ fiżiku, t-taħriġ huwa maqsum fit-tnejn – t-taħriġ prattiku u dak teoretiku.  Il-Logutenent Korrettiv Charles Bonnici, responsabbli mir-reklutaġġ tkellem dwar l-importanza ta’ dan it-taħriġ.

“Għall-ewwel darba maqsuma fuq teorija u prattika u kollox qed isir il-ħabs inhouse.”

Ir-rekluti diġà kellhom l-opportunità li jidħlu ħdejn il-priġunieri fid-diviżjonijiet, li magħhom se jkunu qegħdin jaħdmu.

Fost ix-xogħol prattiku ieħor, r-rekluti qegħdin jingħataw taħriġ ta’ kif jagħtu l-ewwel għajnuna lill-priġunieri f’każ ta’ xi inċident, fosthom kif jitfu n-nirien.

Dan se jwassal lir-rekluti sabiex ikunu preparati għal kull ma jiltaqgħu miegħu fil-ħidma tagħhom fil-ħabs.

“Diġa’ daħlu mal-priġunieri jaraw dak li qegħdin jitgħallmu iwettquh u jaraw u ma jieħdux xokk, dak li jitgħallmu qed iwettquh mal-priġunieri.”

Il-Logutenent Korrettiv, li għandu esperjenza twila fix-xogħol korrettiv saħaq li xogħlu dejjem jinbidel.

“Ilni 31 sena. Nerġa’ nidħol gwardjan il-ħabs. Is-sitwazzjoni tajba ħafna u hawn kontroll.”

Fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin hemm mat-tmien mitt priġunier, u mitejn sitta u sittin uffiċjal korrettiv.

Bil-ħsieb huwa li din is-sena jiddaħħlu mija u għoxrin gwardjan.

Bit-tmexxija tad-Direttur tal-Ħabs il-kurunell Alexander Dalli waslet sabiex ikun hemm aktar dixxiplina fil-ħabs u ġiet eliminata d-droga mill-ħabs.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend