Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ David Meilak, missier il-parteċipant tal-X Factor David Jr, wara snin jiġġieled il-battalja mal-mard.
David Meilak kien magħruf għad-dedikazzjoni tiegħu bħala podologu fil-Mosta.
Għexieren ta’ nies fuq messaġġi fuq il-midja soċjali urew is-sogħba tagħhom lejn il-familja ta’ David Meilak, fosthom dawn li ta’ kull ġimgħa kienu qed isegwu l-X Factor.