BIL-FILMAT: Żieda qawwija fl-impjiegi full-time fis-settur privat – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żieda qawwija fl-impjiegi full-time fis-settur privat

F’aġġornament ekonomiku pożittiv ieħor li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta ingħad li f’Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ persuni b’impjieg full-time żdied bi kważi 11,200. Dan meta mqabbel ma’ Lulju tas-sena l-oħra.

F’rapport li ħareġ, il-Bank Ċentrali qal li t-tkabbir tal-impjiegi kompla jkun xprunat l-aktar mis-settur privat. Fil-fatt il-biċċa ’l kbira assoluta tal-impjiegi li nħolqu kienu ġejjin minn dan is-settur, li ammontaw għal kważi 10,500.

Il-ħaddiema fis-settur pubbliku bejn Lulju tal-2019 u l-istess xahar tas-sena l-oħra żdiedu b’700. Il-Bank Ċentrali kkwota wkoll l-informazzjoni li toħroġ minn Jobs Plus u qal li n-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad kompla jonqos.

F’dawn l-aħħar xhur, l-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju ssuġġerixxew li l-ekonomija qed tersaq qrib il-medja storika.

F’dan l-aġġornament ekonomiku ssemmew it-tkabbir mgħaġġel fil-wasliet tat-turisti. Dan kollu wassal għal sentiment ekonomiku li tela’ u baqa’ ogħla mill-medja storika tiegħu.

Il-Bank Ċentrali spjega li l-inflazzjoni mkejla skont l-indikatur armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur immoderat għal 1.4% f’Ottubru li għadda, 0.2% inqas mix-xahar ta’ qabel.

F’Ottubru ta’ din is-sena żdiedet ukoll in-nefqa fil-pajjiż.

Dan fl-isfond ta’ bosta proġetti li qed isiru madwar il-pajjiż fosthom fl-infrastruttura li qed tara investiment bla preċedent ta’ €700miljun fuq medda ta’ 7 snin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend