BIL-FILMAT: Żewġ persuni fix-xahar jagħmlu suwiċidju

Matul l-2019 ir-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna baqgħet stabbli għas-snin preċedenti. Dan sostnih il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali John Cachia, li ma ONE News spjega li r-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna baqgħet stabbli.

“Li nistgħu ngħidu li mill-informazzjoni preliminiari li għandna is-sitwazzjoni baqgħet eżattament kif kienet f’dawn l-aħħar snin stabbli b’żewġ persuni jmutu b’suwiċidju kull xahar matul l-aħħar tnax-il xahar.”

Cachia qal ukoll li sitwazzjonijiet partikolari li persuna tgħaddi minnhom jistgħu iwasslu għal suwiċidju.

“Huwa ċar li sitwazzjonijiet tal-istress qawwi ħafna u dipressjoni huma l-aktar żewġ raġnijiet għalfejn persuni qegħdin jikkontemplaw li jtemmu ħajjithom”

Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali tenna li bħala soċjetà għandna nkunu attenti aktar għal dawk qrib tagħna u fejn ikollna suspett li persuna qed tikkonsidra tneħħi ħajjitha b’idejha għandna ngħinuhom.

“Irridu nkunu ħafna attenti, ħafna sensittivi għan nies ta’ madwarna. Fil-persuni madwarna li għadejjin minn dipressjoni qawwija u ma niddejqux fl-opinjoni tiegħi dejjem nistaqsu l-domanda kruċjali. Isma int qed tikkontempla li ttemm ħajtek?”

Dwar dan, Cachia sostna li għalkemm fil-passat, il-professjonisti ma kinux jaqblu ma din id-domanda, studju li saru riċenti wrew li huwa importanti li dejjem tistaqsi din il-mistoqsija kruċjali.

“Dari ma kienux jaqblu magħha din id-domanda. illum jidher ċar illi anka minn riċerka li saret illi id-domanda hekk tgħaddilek minn ġo moħħok li persuna viċin tiegħek qiegħed jaħseb li jtemm ħajtu b’suwiċidju staqsih id-domanda. Taf tkun dik id-domanda u risposta li jiftaħ qalbu miegħek taf tkun il-bidu li jibda jfittex l-għajnuna u l-kura meħtieġa”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend