Aġġornat bil-filmat: Il-PM Abela qed iwettaq il-bidla li wiegħed – One News

Notifiki

Aġġornat bil-filmat: Il-PM Abela qed iwettaq il-bidla li wiegħed

Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun hu li jmur jiltaqa’ man-nies u mhux in-nies imorru għandu, is-Sibt wara nofshinar, fl-ewwel żjara tiegħu bħala Prim Ministru, qabad il-lanċa ta’ Kemmuna sabiex jiltaqa’ mat-3 residenti li jgħixu fuq din il-Gżira.

Kien il-Prim Ministru Abela nnifsu li bejn sema’ u baħar ħa t-tmun tal-lanċa f’idejh lejn Kemmuna fejn hemmek sab jistennewh lil-Salvu, Anġlu u Veggie. Fid-dar ċkejkna li joqħodu fiha it-3 residenti qasmu miegħu l-esperjenza tagħhom ta’ aktar minn 70 sena fuq din il-gżira.

Minn hemmek il-Prim Ministru żar Għawdex, bl-ewwel lokalità tkun ix-Xewkija. Hemmek numru sabiħ ta’ persuni laqgħuh quddiem iċ-Ċentru Laburista. Il-kumitat Laburista tax-Xewkija wiegħed il-lealta assoluta lejn il-Prim Ministru.

Wara kien imiss ix-Xagħra, fejn il-Prim Ministru ntlaqa’ minn persuni quddiem iċ-Ċentru Laburista biswit Pjazza l-Vitorja. Mument ħelu kien xħin Robert Abela iffirma fuq ktieb ta’ raġel anzjan li fuqu għandu l-firem kollha  ta’ kull Kap tal-Partit Laburista.

L-aħħar waqfa kienet fil-lokalita tal-Qala fejn hemmek ukoll sab diversi nies jistennew, huwa rringrazjahom tal-laqgħa tagħhom u wegħdhom li ser jibqa qrib tagħhom.

Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li l-Prim Ministru Abela qed iwettaq il-bidla li wiegħed. Huwa l-ewwel Prim Ministru li propona sistema miftuħa u trasparenti ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija. Sistema li taħdem u mhux waħda li tant hemm dubji dwarha li l-istess Partit Nazzjonalista li proponiha bidilha tliet darbiet.

Ir-riforma proposta mill-gvern, il-Prim Ministru bdiha b’mod immedjat wara li aċċetta r-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar.

Il-gvern jagħmel il-bidliet meħtieġa, imma mhux vendikazzjonijiet. Għalhekk juża l-ħiliet ta’ persuni diversi fejn l-aħjar jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom, temm jgħid il-Partit Laburista.

 

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend