L-Ispecial Olympics b’avveniment importanti f’Malta – One News

Notifiki

L-Ispecial Olympics b’avveniment importanti f’Malta


Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima ħabbar li fl-2022 se jittella’ avveniment importanti tal-Ispecial Olympics f’Malta.

Dr Grima qal li dan l-avveniment jista’ jittella’ f’Malta bis-saħħa tal-investiment qawwi li qiegħed jagħmel il-Gvern f’diversi faċilitajiet sportivi madwar il-pajjiż.

“Nista’ uffiċċjalment anke inħabbarha li Special Olympics ser ikunu qed jagħmlu event importanti f’pajjiżna f’April tas-sena 2022 allura naħseb dan ikompli jikkonferma l-ħidma li qegħda ssir.”

Is-Segretarju Parlamentario ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnediet is-60 edizzjoni tal-Isport Malta Awards, li ġiet deskritta bħala storika għax tfakkar  is-sittin anniversarju mindu ttellgħet l-ewwel edizzjoni u l-ħamsin anniversarju mindu twaqqfet l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

L-ewwel edizzjoni ttellgħet mill-mibki Benny Pace permezz tal-ġurnal “The Sporting Star” bl-ewwel edizzjoni tal-Isportiv tas-Sena tkun dik tal-1960. Dakinhar ir-rebbieħ kien Wilfred Pirotta li kien jipprattika l-isport tas-sajd taħt wiċċ il-baħar bin-nifs.

Pace baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors, li kellu format ferm differenti minn kif nafuh illum, sal-edizzjoni tal-1977.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef tkellem dwar l-irwol importanti tal-ġurnalisti f’dan l-avveniment.

“Il-proċess ta’ votazzjoni huwa fejn l-ewwel hemm is-semifinalisti f’kull kategorija. Seba’ kategoriji standard umbgħad il-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jivvutaw għall-aqwa ħames preferenzi tagħhom biex eventwalment jiġu magħrufa s-semifinalisti f’kull kategorija. Finalment umbgħad fis-serata ikollna panel li jirrapreżenta mhux biss il-membri tagħna iżda l-media houses lokali fejn il-ġurnalisti tal-isport jivvutaw live dak il-ħin biex jippremjaw ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa ta’ kull kategorija.”

Il-kategoriji huma l-isportiv u l-isportiva tas-sena, l-uffiċjal tas-sena, il-kowċ tas-sena, iż-żagħżugħ u ż-żagħżugħa tas-sena, it-team tas-sena u l-people’s choice award.

Il-Kap Eżekuttiv ta` SportMalta Mark Cutajar saħaq li biex tiggarantixxa t-trasparenza, SportMalta tinvolvi ruħha biss fl-organizzazzjoni u tħalli l-proċess tal-għażla f’idejn il-ġurnalisti.

Is-60 edizzjoni tal-Isport Malta Awards se tittella’s fit-22 ta’ Frar.

Ritratt: Special Olympics Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend