Esperti legali jilqgħu l-mod ġdid għall-ħatra ta’ Kummissarju – One News

Notifiki

Esperti legali jilqgħu l-mod ġdid għall-ħatra ta’ Kummissarju


Esperti legali laqgħu l-mod ġdid li bih se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija li fi kliemhom ħoloq bilanċ bejn dak li rrakkomandat il-Kummissjoni Venezja imma wkoll bilanċ politiku.

Il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid se jinħatar wara sejħa pubblika li se toħroġ il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku magmulha minn membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.

Il-Kriminologu John Charles Ellul li għandu esperjenza twila fis-settur sostna li l-mod ġdid li bih se jinħatar il-Kummissarju jirrifletti bidla fil-mentalità.

Huwa stqarr: “Dan jirrifletti li diġà qegħdin naraw bidla anke fil-mentalità u fil-ħsieb li jwassalna għal trasparenza importanti.”

Tal-istess fehma kien l-Avukat Dunstan Camillieri. Huwa sostna: “Jidher biċ-ċar li hemm will politika li l-affarijiet jinbidlu diġà tlajna pass aħjar milli konna żgur.”

B’differenza ma’ dak li dejjem sar, il-persuna li se tokkupa din il-kariga se tkun hi li tapplika biex isservi.

Dr Camilleri tenna:Imma aktar minn hekk se tkun qed issegwi proċedura fejn dan il-proċess trasparenti l-applikant se jiġi assessjat mill-Public Service Commission.”

Is-Sur Ellul żied jgħid li l-persuni li se japplikaw għall-kariga ta’ Kummissarju għandu jkollhom il-kredenzjali li jservu u fuq kollox jifhmu eżatt xi tfisser li tkun fit-tmexxija tal-korp. Dr Ellul fsser: “Illum kemm hi importanti li nirrispetaw il-kunsens pubblika kemm nirrispettaw it-trasparenza kemm nirrispettaw konsistenza u l-etika fix-xogħol tal-pulizija.”

Min-naħa tiegħu, l-Avukat Camilleri nnota li mod ġdid tal-għażla fih bosta livelli ta’ skrutinju li għandu jassigura li vermament il-Kummissarju tal-Pulizija jkun liberu li jaħdem għall-ġid tal-pajjiż u ma jkollux indħil. Huwa qal: “Bla dubju nemmen li l-pm rnexxielu johloq bilanċ mhux biss bejn dak li qalet u rakkomandat il-Kummissjoni Venezja imma wkoll bilanċ politiku.”

Dan għax fi kliemu, il-Prim Ministru flimkien mal-Kabinett neħħew kemm setgħu l-poter minn taħt idejhom biex jinstab bilanċ kritiku ħafna biex il-Kummissarju l-ġdid ikollu l-fiduċja ta’ kulħadd. Huwa kompla jgħid: “Il-fatt li se jkun skrutinizzat mill-Parlament dik ifisser li se jkun hemm il-fiduċja tal-poplu dan għax il-Membri tal-Parlament huma eletti mill-poplu.”

Fil-fatt spjega li l-persuna magħżula se tiġi skrutinizzata mill-Kumitati għall-Ħatriet Pubbliċi li hu magħmul minn membri tal-Gvern u tal-Oppżizzjoni: “Allura dak il-bilanċ sabiħ bejn persuna li tista’ tiggverna fejn il-Prim Ministru ġie fdat bil-fiduċja mill-poplu li jista’ jiggverna u għandek il-Parlament li għandek il-kumitat tiegħu li se jkun qiegħed jiskrutinizza il-workings ta’ qabel ma jiġu appuntat il-kummissarju il-background tiegħu x’se jkun qed jagħmel u dak kollu hu il-persuna idonea biex jokkupa din il-kariga importanti f’pajjiżna.”

Dr Camillieri sostna li l-fatt li l-kandidat magħżul se jgħaddi minn ħafna strutturi differenti tfisser li d-deċiżjoni kienet tajba u ekwa għal dawn iċ-ċirkostanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *