Il-kriżi tan-nirien fl-Awstralja tippersisti minkejja xita u borra

Diversi maltempati fl-Awstralja wasslu għal xita kbira f’żoni milquta min-nirien, iżda l-awtoritajiet xorta wissew li l-kriżi tan-nirien fil-foresti għadha qed tippersisti u ma jfissirx li għax nieżla x-xita, issolviet.

Fil-fatt, minkejja x-xita, in-nar għadu għaddej f’aktar minn 80 żona madwar l-istati ta’ New South Wales u Victoria.

Melbourne u Canberra ntlaqtu minn maltemp qawwi b’silġ kbir ta’ daqs li qed ikun deskritt bħall-blalen tal-golf, tant li saru mijiet ta’ talbiet għall-għajnuna minħabba l-borra kbira li nieżla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend