Harry u Meghan mhux se jibqgħu parti mill-familja rjali – One News

Notifiki

Harry u Meghan mhux se jibqgħu parti mill-familja rjali

Il-Prinċep Harry u Meghan ser jitilfu l-fondi pubbliċi kif ukoll it-titli rjali taghhom mir-Rebbiegħa li ġejja. Dan ikkonfermah il-Palazz ta’ Buckingham fi stqarrija li ħareġ.

Il-koppja qabblet ukoll li ser tħallas lura l-fondi li ntużaw sabiex għamlu renovazzjonijiet fid-dar ta’ Frogmore Cottage li xorta waħda ser tibqa dik darhom fir-Renju Unit.

L-stqarrija tenniet li d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex jinsabu grati lejn il-majesta tagħha u l-kumplament tal-familja Rjali tas-sapport kontinwu tagħhom filwaqt li tingaġġa għal kapitlu ieħor ġdid fil-ħajja tagħhom. Żiedu jgħidu li huma jifhmu li jridu jagħmlu pass lura mid-doveri irjali li jinkludu laqgħat ma’ uffiċjali militari. Filwaqt li huma ma jibqgħux jirċievu il-fondi mill-pubbliċi għad-doveri rjali u ma jibqgħux jużaw it-titli rjali tagħhom minħabba li ma għadhomx jaħdmu għall-familja rjali.

Bil-barka tar-Reġina, Harry u Meghan jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom b’mod privat. Filwaqt li huma ma jistgħux jirrapreżentaw lir-Reġina formalment huma sostnew li f’kull ħaġa li jagħmlu ser ikomplu jagħmlu dan b’rispett lejn il-majesta tagħha xorta waħda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend