Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga u saq karozza bla liċenzja – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga u saq karozza bla liċenzja

Tyron Difesa ta’ 22 sena minn San Ġwann inżamm arrestat wara li lbieraħ inqabad bid-droga kannabis, li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Difesa kien mixli wkoll li saq il-karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan u li l-karozza ma kinitx koperta b’polza tal-assigurazzjoni.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Scerri ma laqitx it-talba tal-ħelsien mill-arrest għar-raġuni li l-imputati hedded tliet membri tal-korp tal-pulizija meta fis-sigħat bikrin tal-Ħamis waqfu lill-imputat fi Vjal ir-Rihan San Ġwann. Fil-Qorti nstema kif Difesa nqabad għat-tieni darba jsuq karozza mingħajr liċenzja, kif ukoll li hu riċediv.

Żagħżugħ arrestat wara li nqabad bid-droga waqt ronda tal-Pulizija  

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *