Notifiki

Tużax dan il-prodott!!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Aflatossina. 

 L-aflatossini huma mikotossini li jiġu prodotti minn żewġ speċi ta’ Aspegillus, li huwa tip ta’ fungu (moffa) li jikber f’postijiet li huma sħan u bi klima umduża. L-aflatossini huma magħrufa li huma ġenotossiċi (kapaċi jgħamlu ħsara fid-DNA) u karċinoġeni f’każijiet ta’ konsum fit-tul ta’ ikel kontaminat b’livelli għoljin ta’ aflatossina.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali:

https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend