Il-PM jidħol għall-ewwel darba fl-uffiċċju tiegħu fiċ-ĊNL l-Ħamrun – One News

Notifiki

Il-PM jidħol għall-ewwel darba fl-uffiċċju tiegħu fiċ-ĊNL l-Ħamrun


Il-Prim Ministru Robert Abela daħal għall-ewwel darba fl-uffiċċju tiegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Dan mindu ġie elett bħala mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta.

Hemmhekk huwa kellu wkoll laqgħa mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

Waqt iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru Abela kien milqugħ ukoll b’entużjażmu liema bħalu mill-ħaddiema u l-voluntiera kollha li jaħdmu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

F’messaġġ qasir, il-Prim Ministru Abela sostna li minkejja li l-Partit Laburista għadda minn żmien diffiċli, irnexxielu xorta joħroġ iktar b’saħħtu u aktar determinat.

Dr Abela sostna: “Mument li seta’ firidna u setà kisser lill-Partit ħriġna minnu aktar magħqudin aktar b’saħħitna milli konna qabel.”

Il-Prim Ministru Abela qal kif dan kien grazzi għall-ħaddiema u l-voluntiera kollha li b’lealtà u professjonalità dejjem iservu lill-Partit.

Huwa rringrazzjahom għall-ħidma siewja tagħhom u qal kif dan jimliħ b’kuraġġ biex ikompli jaħdem favur Malta aħjar.

Ħidma li bdiet mal-ewwel anke permezz tal-ewwel laqgħa tal-kabinett il-ġdid il-Ħamis filgħodu.

Il-Prim Ministru qal: “Ħidma li bdiet b’mod immedjat. Ma stennejniex minuta bdejna mill-ewwel. Kburi ħafna mill-Kabinett li ġie maħtur ilbieraħ. Verament rajt x’talent għandna madwarna.”

Intant il-Ħamis Il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament ferħu lil Robert Abela għall-ħatra tiegħu bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta.

Fi tweet, is-Soċjalisti u d-Demokratiċi qalu li qegħdin iħarsu ’l quddiem li jaħdmu miegħu għal Ewropa progressiva.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend