Aktar minn sitt kilometri ta’ kejk – One News

Notifiki

Aktar minn sitt kilometri ta’ kejk

Fl-India, madwar 1,500 furnar għamlu tenttativ sabiex jaħmu l-itwal kejk fid-dinja. Il-kejk tal-vanilla huwa twil sitt kilometri u nofs u jiżen 27,000 kilogramma.

Huma bdew dan il-kejk fuq eluf ta’ mwejjed li ġew armati f’diversi toroq fil-belt ta’ Keralan, f’Thrissur.

Il-furnara li libsu lbies professjonali ferrxu 12,000 kilogramma ta’ zokkor u dqiq. Huma kellhom bosta spettaturi li kienu qed isegwuhom jaħdmu.

Huwa mistenni li dan il-kejk jaqbeż il-Guinness World Rekord tal-itwal kejk imma għadhom iridu jiġu kkonfermati eżatt il-qisien tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend